Friday, May 3, 2024

“Grazzi għal dak kollu li tagħmlu ma’ Giorgia Mae u miegħi” 

L-isbaħ xewqat f’Jum l-Omm lill-ommijiet kollha

Aqra wkoll

llum qed niċċelebraw Jum l-Omm – jum b’sinifikat kbir hekk kif bosta jiftakru f’dik il-persuna li dejjem uriet imħabba infinita. Dan għaliex, bosta jaqblu li l-akbar imħabba hija dik tal-omm.

Fost dawk li fakkru din il-ġurnata kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela fejn awgura lil martu Lydia u ommu Margaret.

“Grazzi għal dak kollu li tagħmlu ma’ Giorgia Mae u miegħi,” qal Dr Abela. 

Ħajr lill-ommijiet kollha f’dan il-jum iddedikat għalihom, b’mod partikolari dawk li għaddejjin minn żminijiet diffiċli filwaqt li nsellmu lil dawk li ħallewna qabilna. Tajjeb ukoll li niftakru li Jum l-Omm huma kuljum u mhux dan il-jum biss.

Sport