“Jiena lil Ray ilni nafu kważi 40 sena għaliex Ray huwa qarib tal-mibki Wistin Abela u xi ħaġa minn tiegħu ħa ta’. Bħalma Wistin kien jagħti l-privat tal-matematika bla ħlas, bl-istess mod Ray min jaf kemm għen biex jingħataw lezzjonijiet tat-teknoloġija fiż-żgħażagħ u l-anzjani”. Qalet dan rigward il-Kandidat ġdid Laburista fuq l-ewwel u t-tielet distretti Ray Abela, l-eks Speaker Miriam Spiteri Debono.
Spiteri Debono sostniet li Abela anke b’mod volontarju ħejja l-edukazzjoni fit-tekonoloġija u għen biex daħħal is-sens tal-bżonn li jkun hemm għarfien teknoloġiku fl-anzjani. Hija qalet li grazzi għalih u għar-ruħ soċjali tiegħu llum hawn ħafna anzjani li kapaċi jużaw kompjuter u kapaċi jżommu komunikazzjoni anke ma’ membri tal-familja barra minn Malta.