Monday, April 22, 2024

“Grazzi lill-istaff kollu li kien għaddej bla nifs… illum nistenna l-aħħar testijiet”

Aqra wkoll

“Għadu kemm kelli inċident bil-mutur, l-ambulanza wasslitni lejn l-Emerġenza imma spiċċajt nistenna hawnhekk b’sieq li bilkemm nista’ nħossha”. Iddikjara dan fuq il-profil tiegħu l-kantant Kevin Borg wara li lbieraħ sofra xi ġrieħi wara inċident li kellu bil-mutur tiegħu. 

Huwa qal li kellu jirrivolvi għal fuq il-midja soċjali minħabba l-uġigħ kbir li kien qiegħed iħoss, iżda xi sigħat wara huwa aġġorna lis-segwaċi tiegħu filwaqt li rringrazzja lill-istaff kollu ta’ Mater Dei li kienu għaddejjin bla nifs biex jgħinu lil kulħadd. 

“Iva ninsab muġugħ bħall-bqija tal-pazjenti li hawn jistennew u għalhekk nixtiqilhom fejqan ta’ malajr kollha wkoll”, żied jgħid il-kantant.

Intant aktar kmieni dalgħodu huwa xerred ritratt ta’ siequ fil-ġips u qal li llum se jkunu qegħdin isirulu iżjed testijiet.

Sport