Thursday, December 26, 2024

Grech iħabbar protesta Nazzjonali għall-Ħadd li ġej

Aqra wkoll

Ftit tal-minuti ilu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ħabbar illi nhar il-Ħadd li ġej se ssir protesta nazzjonali quddiem Kastilja fil-Belt Valletta. 

Il-Partit Nazzjonalista kkonferma din il-protesta li se tittella’ fl-4:00 p.m u dan b’rabta mad-deċizjoni mogħtija mill-Qorti tal-appell, hekk kif aktar kmieni kkonfermat is-sentenza tal-annullar tal-konċessjoni tal-Isptarijiet meta ċaħdet l-appell ta’ Steward.

Grech fi stqarrija fl-ewwel reazzjoni tiegħu qal li wara li l-Partit Nazzjonalista rnexxielu jġib lura l-Isptarijiet, issa jmiss li jinġiebu lura l-flus li ngħataw lil Steward meta dawn ma wettqux l-obbligazzjonijiet tagħhom.

Ekonomija

Sport