Saturday, December 21, 2024

Grech jgħid li l-PN għandu d-dmir li jkomplu fejn ħalla Karl Gouder 

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista għandu obbligu lejn Karl li jkompli fejn ħalla hu. Karl Gouder dejjem ħadem bis-sħiħ għall-pajjiż u għall-PN, u dan l-aħħar ħadem b’saħħtu kollha biex il-PN jikseb riżultat tajjeb fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dawk tal-Kunsill Lokali. Issa għandna fuq spallejna r-responsabbiltà  u d-dmir lejh li nkomplu fejn ħalla hu.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech f’intervent fuq l-istazzjon televiżiv. Grech iddeskriva lil Karl bħala persuna li kellu kwalitajiet sbieħ, fosthom il-kapaċità tiegħu li jisma’, li jagħder, li jgħin u li jsolvi l-problemi. Hu fakkar kif Karl Gouder ħaddan dejjem politika li tpoġġi lill-bniedem l-ewwel, politika verament ta’ servizz għall-oħrajn, xi ħaġa li kien japplikaha  wkoll fuq il-post tax-xogħol.

Tenna li t-telfa kbira ta’ Karl mhix telfa biss għall-familja tiegħu jew għall-Partit Nazzjonalista, iżda hi telfa għal pajjiż sħiħ. Bħalma għamel f’ħajtu u anke fuq il-post tax-xogħol, anke b’mewtu Karl irnexxielu jgħaqqad lill-pajjiż kollu, kif seta’ jara kulħadd anke waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajtu.

Ekonomija

Sport