Waqt diskussjoni politika l-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli tkellmet dwar id-dritt għal individwi li jkollhom kont bażiku. Dalli spjegat li minkejja li dan id-dritt ilu jeżisti kważi erba’ snin, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jsemmih fi proposta 362 fil-manifest elettorali tal-partit immexxi minnu.
Il-Ministru Dalli qalet li Grech issa qabad din il-kantaliena li kull proposta hija kkuppjata, iżda fis-27 ta’ Marzu jrid jibda jmexxi bi proposti bħal din li ilha mniżżla mill-MFSA minn Diċembru 2018 anke minħabba direttiva Ewropea f’dan ir-rigward.

“Din mhijiex l-ewwel darba li ħareġ b’affarijiet li ilhom jeżistu. Niftakar meta ried jagħmel uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex. Lanqas irrealizza li dan ilu jeżisti mill-1996. Dawn huma riflessjoni ta’ partit li minkejja disa’ snin fl-Oppożizzjoni mhuwiex preparat”, tenniet Dalli.