Wednesday, October 9, 2024

Greta Thunberg arrestata waqt protesta kontra l-gwerra f’Gaza fid-Danimarka

Aqra wkoll

Il-pulizija tad-Danimarka arrestat lill-attivista ambjentali Greta Thunberg fid-Danimarka waqt protesta kontra l-gwerra f’Gaża. Dan ġie kkonfermat minn kelliem għall-grupp studentesk li jorganizza d-dimostrazzjoni.

Huwa mifhum li b’kollox ġew arrestati madwar sitt persuni. Dan wara li madwar 20 persuna mblukkaw id-daħla tal-bini tal-Universitá ta’ Kopenhagen. Fuq il-midja soċjali tagħha, Thunberg qasmet ritratti tal-pulizija deħlin fil-binja studenteska, fejn bdew iżommu lill-istudenti milli jipprotestaw.

Mir-rebbiegħa li għaddiet lil hawn, dimostranti favur il-Palestinjani waqqfu kampijiet f’Universitajiet differenti madwar l-Istati Uniti u l-Ewropa, bil-għan li jipprotestaw kontra l-bumbardament ta’ Gaża mill-Iżrael.

Sport