Friday, April 19, 2024

Grupp diffiċli għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malta ta’ taħt il-21 sena tela’ biex jilgħab fi Grupp B tal-kampanja ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Euro 2025. Malta se tiffaċċja lil Spanja, lill-Belġju, lill-Iskozja, lill-Ungerija u lill-Każakstan.

52 parteċipant huma involuti fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni li se ssir bejn Marzu 2023 u Novembru 2024, bi 15-il pajjiż se jkunu qed ifittxu li jingħaqdu mal-ospiti tal-kampjonat finali, is-Slovakkja.

Din se tkun it-tieni kampanja taħt it-tmun tal-Coach Gilbert Agius għat-tim ta’ taħt il-21 sena. Il-kampanja ta’ qabel rat lil Malta tikseb sitt punti wara rebħa f’darna u barra minn darna kontra l-Irlanda ta’ Fuq.

Għal darb’oħra Malta se tiffaċċja lil Spanja li huma l-akbar attrazzjoni tal-grupp li ħarġu minn Pot 1. Malta telgħet ukoll fl-istess grupp ma’ Spanja fl-aħħar kompetizzjoni ta’ kwalifikazzjoni.

Id-dati tal-fażi tal-gruppi huma kif ġej:

20–28 ta’ Marzu 2023

12–20 ta’ Ġunju 2023

4–12 ta’ Settembru 2023

9–17 ta’ Ottubru 2023

13–21 ta’ Novembru 2023

18–26 ta’ Marzu 2024

2–10 ta’ Settembru 2024

7–15 ta’ Ottubru 2024

Play-offs

11–19 ta’ Novembru 2024

It-52 tim ttellgħu kif ġej:

Grupp A: Italja*, Repubblika tal-Irlanda, Norveġja*, Turkija, Latvja, San Marino

Grupp B: Spanja*, Belġju*, Skozja, Ungerija, Kazakhstan, Malta

Grupp Ċ: Olanda*, Iżvezja, Georġia*, Maċedonja ta’ Fuq, il-Moldova, Ġibiltà

Grupp D: Ġermanja*, Polonja, Iżrael*, Bulgarija, Kosovo, Estonja

Grupp E: Rumanija*, Żvizzera*, Finlandja, l-Albanija, il-Montenegro, l-Armenja

Grupp F: Ingilterra*, Ukrajna*, Serbja, Irlanda ta’ Fuq, Azerbaigan, Lussemburgu

Grupp G: Portugall*, Kroazja*, Greċja, Belarus, Gżejjer Faroe, Andorra

Grupp H: Franza*, Awstrija, Slovenja, Bosnja u Ħerzegovina, Ċipru

Grupp I: Danimarka, Repubblika Ċeka*, Iżlanda, Wales, Litwanja

*Se jikkompetui fil-finali tal-2023 fil-Ġeorġja u r-Rumanija mill-21 ta’ Ġunju sat-8 ta’ Lulju.

Sport