Grupp ta’ impjegati tal-Bank of Valletta qattgħu ġurnata jagħmlu xogħol volontarju fidDar talProvidenza fis-Siġġiewi. Huma taw daqqa t’id f’diversi attivitajiet, fosthom xogħol ta’ tindif, għajnuna filkċina, ħasil talvetturi tadDar, u xogħol ġenerali ta’ manutenzjoni.
Il-Bank ilu għal snin twal ta’ spalla għal din l-organizzazzjoni permezz ta’ numru ta’ inizjattivi, b’mod partikolari lBOV Volleyball Marathon, li din issena se ssir bejn is16 u t18 ta’ Lulju u, għallewwel darba, flMFCC f’Ta’ Qali.
Din lattività ta’ volontarjat fidDar talProvidenza tifforma parti millimpenn kontinwu talBank lejn ilkomunità permezz ta’ programm strutturat ta’ volontarjat, li matul lewwel xhur tal2026 ra parteċipazzjoni qawwija millimpjegati. Madwar 100 impjegat minn diversi dipartimenti fi ħdan ilBank iddedikaw ilħin tagħhom biex jappoġġjaw disa’ NGOs li jaħdmu fissetturi soċjali u ambjentali. Bejn Frar u April, lNGOs appoġġjati kienu Embrace, Inspire, Voice of Inclusion Gozo, Dar Papa Franġisku, Caritas Malta, Conservatorio Vincenzo Bugeja, MSPCA, Din lArt Ħelwa u Grow 10 Trees.
Il-Bank joffri lill-impjegati tiegħu ġurnata leave addizzjonali kull sena biex jagħmlu xogħol volontarju. Din linizjattiva, li tnediet fl2024, tifforma parti millimpenn kontinwu talBank lejn irResponsabbiltà Soċjali Korporattiva u tenfasizza rrabta qawwija bejn li l-ħaddiema jaħdmu f’tim lil hinn mill-post tax-xogħol u impatt pożittiv fuq issoċjetà.
Ernest Agius, Chief Operations Officer tal‑BOV, qal, “Attivitajiet ta’ volontarjat, bħal din fid‑Dar tal‑Providenza, jibqgħu pilastru importanti għall‑Bank of Valletta, hekk kif isaħħu l‑impenn tagħna fil‑komunità li naqdu. Il‑parteċipazzjoni qawwija tal‑impjegati sa mit‑tnedija tal‑inizjattiva ta’ volontarjat fl‑2024 tirrifletti kemm l‑impenn ġenwin tal‑management kif ukoll dak tal‑impjegati tagħna biex jagħtu lura u jagħmlu impatt pożittiv fuq is‑soċjetà.”
Ray Debattista, Chief People & Culture Officer tal‑BOV, saħaq fuq ir‑rabta li dawn l‑inizjattivi ta’ volontarjat joħolqu bejn l‑impjegati lil hinn mill‑ambjent tax‑xogħol. Qal, “Dawn jirriflettu l‑impenn tal‑Bank lejn il‑benesseri tal‑impjegati, fid‑dawl tal‑impatt pożittiv li esperjenzi bħal dawn għandhom fuq l‑iżvilupp personali tagħhom u b’mod ġenerali fuq l-impenn tagħhom fil-komunità.”
L-Għaqdiet Mhux Governattivi involuti laqgħu b’sodisfazzjon lappoġġ ipprovdut millimpjegati u esprimew lapprezzament tagħhom għallħin, lenerġija u lentużjażmu tagħhom għal dak li jaħdmu għalih.


