It-Tnejn filgħodu, Dr Robert Abela ħa l-ġurament mill-ġdid bħala l-Prim Ministru ta’ Malta. Kien għalhekk li minn dalgħodu bdiet il-ħidma biex jiġi fformat il-Kabinett il-ġdid fl-eżekuttiv nazzjonali li se jmexxi għas-snin li ġejjin.
Numru ta’ kandidati eletti f’isem il-Partit Laburista fir-raba’ rebħa storika ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda, issejħu u qed jaslu fil-Berġa ta’ Kastilja wara li jkunu ssejħu mill-Prim Ministru.
Dan is-sit jinsab fi Pjazza Kastilja sabiex iżommkom aġġornati b’dak li qiegħed iseħħ. Sa issa fost dawk li daħlu Kastilja hemm; Clyde Caruana, Chris Fearne, Silvio Schembri u Jonathan Attard. Dehru wkoll deħlin Kastilja: Carmelo Abela u Glenn Bedingfield, u warajhom Byron Camilleri u Malcolm Paul Agius Galea. Daħlu wkoll Clint Camilleri u Alison Zerafa Civelli.


