Wednesday, July 24, 2024

GSSE 2023 Educational Art Awards: Finalisti ppreżentati b’tifkira t’apprezzament mill-Kumitat Olimpiku Malti

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti riċentament ippreżenta premjijiet lill-finalisti tal-Kompetizzjoni tal-Arti li kienet tifforma parti mill-proċess edukattiv u l-promozzjoni tal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa 2023

Organizzata mill-Akkademja Olimpika Maltija, taħt il-gwida tal-Kumitat Olimpiku Malti, il-Kompetizzjoni tal-Arti attirat numru kbir ta’ xogħlijiet ottomessi għall-konsiderazzjoni minn diversi skejjel u kulleġġi madwar Malta u Għawdex.

L-istudenti ġew mistiedna jieħdu sehem f’disinn ta’ Banner, Midalja u Mascot filwaqt li oħrajn ġew mistiedna jiktbu artiklu dwar is-suġġett. Sottomissjonijiet, li saru jew fuq bażi individwali jew bħala grupp minn diversi klassijiet, tpoġġew għall-wiri fil-bini tal-MOC.

Il-parteċipanti magħżula, flimkien mal-ġenituri u l-għalliema tagħhom, ġew mistiedna jipparteċipaw fil-Programm taċ-Ċerimonja tal-Premjijiet imtella’ mit-Tim tal-Akkademja Olimpika Maltija.

Il-programm jenfasizza l-importanza tal-Valuri Olimpiċi permezz tal-prattika tal-logħob mogħtija mill-plejer tal-basketball is-Sur Alec Felice Pace. Il-parteċipanti gawdew minn preżentazzjoni interattiva mill-Kowċ Nazzjonali tal-Għawm is-Sur Delon Dannhauser, li ppromwova l-importanza li naħdmu FLIMKIEN. Scavenger Hunt, immexxija mill Maltese Olympic Academy intużat sabiex l-istudenti jitgħallmu dwar l-istorja u l-legat tal-Olimpjadi.

Bħala parti mill-programm, il-parteċipanti setgħu jiltaqgħu ma’ Janet Richard, rebbieħa ta’ diversi medalji tal-GSSE fl-atletika, li tat rendikont personali tal-isforzi u l-esperjenzi atletiċi tagħha.

L-avveniment ikkonkluda bil-preżentazzjoni ta’ tokens kommemorattivi lill-finalisti.

Finalisti tal-Kompetizzjoni tal-Arti tal-GSSE

Disinn ta’Banner – Dejan Cardona, Faith Cassandra Saliba, Yaseen Khalaf, Kiean Muscat Marmara’, Hamrun San Gorg Preca Class 4.1

Disnn ta’Medalja  – Leah Attard, Eliza Cilia, Elena Bondin, Michele Camilleri, Matthias Pace

Disinn tal-Mascot – Jake Borg, Kyle Borg, Kate Gatt Taliana, Ben Charles Mangion, Francesca Xuereb

Letteratura – Valeria Barbara, Emily Caselli, Mia Cassar Borg, Jake Formosa

Ekonomija

Sport