Matthew Asciak u Matija Pecotic fetħu l-impenji tagħhom tad-doubles tal-irġiel b’wirja mill-aqwa hekk kif għelbu lid-duo Islandiż Anton Magnusson u Vladimir Ristic 6-1, 6-0.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-koppja Maltija kienet involuta f’kompetizzjoni tad-doubles fit-Tuneżija, fejn lagħbu żewġ logħbiet u sfaw eliminati fil-kwarti tal-finali.
Fi kwarti tal-finali l-oħra tad-doubles tal-irġiel, il-koppja tal-Lussemburgu Calzi/Knaff għelbu lil Glauser/Zuend tal-Liechtenstein 6-1, 6-2.
Il-finali tad-doubles tal-irġiel hija skedata għat-2 ta’ Ġunju.