Saturday, December 21, 2024

Guanyu Zhou … l-ewwel sewwieq Ċiniż fil-Formula Wieħed

Aqra wkoll

Guanyu Zhou sar l-ewwel sewwieq Ċiniż fil-Formula Wieħed wara li fl-2022 ffirma biex itellaq ma’ Alfa Romeo.

Alfa Romeo ddeskriviet lil dan is-sewwieq bħala “straordinarju li se jikteb paġna tad-deheb fl-istorja tal-isport tal-automobiliżmu ta’ pajjiżu”.

Zhou ta’ 22 sena se jissieħeb ma’ Valtteri Bottas, iffirmat mingħand il-Mercedes wara li l-veteran Kimi Raikkonen iddeċieda li jirtira din is-sena.

Huwa se jieħu post Antonio Giovinazzi, li ilu jtellaq għal Alfa mill-2019 iżda issa m’għandux post fuq il-grid tal-F1 is-sena d-dieħla.

Zhou, li jinsab fit-tieni pożizzjoni fil-kampjonat tal-F2 bi tliet rebħiet dan l-istaġun u żewġ rawnds li għad iridu jsiru fl-Arabja Sawdija x-xahar id-dieħel, qal: “Minn età żgħira dejjem ħlomt li nieħu sehem fi sport li jien passjonat għalih … u issa l-ħolma saret realtà.

“Inħossni ppreparat tajjeb għall-isfida immensa tal-Formula 1, bla dubju l-quċċata ta’ dan l-isport. Inħossni wkoll sodisfatt ferm li se jkun il-kollega ta’ Valtteri Bottas li huwa ta’ klassi mondjali.   

Ekonomija

Sport