Tuesday, May 14, 2024

Gudja United jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Gudja U………………1

Pietá H……………….0

Player tal-Logħba: Nicolas Navarrete (GU).

Wara żewġ telfiet konsekuttivi Gudja United irritornaw għar-rebħ meta għelbu l-isfida ta’ Pietá Hotspurs bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal tant importanti għalihom jasal fl-ewwel taqsima minn Nicolas Navarrete.

Kienu l-Hotspurs li ħarġu fuq l-offensiva u wara 12-il minuta freekick minn distanza ta’ 20 metru tal-plejer Ġappuniż Takuma Yamaguchi ġie salvat b’diffikultá mill-goalkeeper ta’ Gudja, Glennz Zammit.

Iżda kienu Gudja li kontra x-xejra tal-logħob fetħu l-iskor, liema goal kellu jkun dak tar-rebħa fit-32 minuta meta NICOLAS NAVARRATE temm ġirja tajba permezz ta’ xutt b’saħħtu li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Pietá, Sunday.

Fis-70 minuta Gudja tilfu ċans tad-deheb li jirduppjaw l-iskor meta l-awtur tal-goal tar-rebħa Navaratte indirizza cross li sab lil Tatsuro Nagamatsu li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit barra.

Pietá wieġbu għaxar minuti wara meta Daniel Zerafa wara li rċieva minn cross ta’ Amafou Camara kellu t-tentattiv tiegħu mill-viċin jintemm ftit barra.

Dan sabiex ħames minuti wara kien il-goalkeeper ta’ Pietá Sunday lampasau li rrizluata bla lerij gahttema teghu meta skavat atjjeb xutt insisjuz ta’’ jahnan abaina wara li ntefa minn tulu fl-art.

Pietá tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs fid-89 minuta meta wara indeċiżjoni fid-difiża ta’ Gudja, il-ballun intemm għand Camara li ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeoer Glenn Zammit, iżda André Prates laħaq interċetta tajjeb biex evita kull periklu għal Gudja United.

Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 3-Juan Ramires Bolanos, 5-Andre Prates, 7-John Mintoff (8-Tatsuro Nagamatsu 61), 11-Bienvenu Selemani, 17-Karl Micallef, 19-Johann Bezzina, 30-Matias Muchardi, 39-Samuel Gomes da Mata, 77-Nicolas Navarrete, 88-Farid Romero Zuniga (22-Hubert Vella 46) Coach: Andrea Agostinelli

Pietá H.: 12-Sunday Alampasu, 3-Clinton Bangura, 5-Ojo Abraham Temitope (19-Yuto Morita 88), 6-Daniel Zerafa, 7-Jake Ghio (95-Kian Leonardi 78), 8-Terence Agius (2-Samuel Okoh 60), 9-Latif Amadu Abedel (77-Amadou Camara 60), 11-Alan David Schembri Wismayer, 22-Zean Leonardi, 24-A. Ogungbe, 99-Takuma Yamaguchi Coach: Rodney Bugeja

Referee: Darryl Agius

Ass. Referees: Paul Apap, Shaun Calleja

Raba’ Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann

Skorers: N. Navarrete 32 (GU)

Ammoniti: F. R. Zuniga, N. Navarrete (GU)

Sport