Sunday, May 5, 2024

Premier Ingliż: Arsenal jerġgħu jitilgħu fl-ewwel post

Aqra wkoll

Arsenal reġgħu telgħu fil-quċċata tal-klassifika tal-Premier League Ingliż meta għelbu lil Nottingham Forest bl-iskor ta’ 5-0 liema rebħa mmaturat wara l-mistrieħ.  B’din it-telfa l-Forest baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika.

Iżda din ir-rebħa ġiet imtappna bl-injury fl-irkoppa tal-midfielder Ingliż, Bu­kayo Saka, li jista’ wkoll jitlef it-Tazza tad-Dinja.

L-iskorers kienu Gabriel Martinelli (5), Reiss Nelson (49, 52), Thomas Partey (57) u Martin Odegaard (78).

Sport