Sunday, December 22, 2024

Ġurnalist tal-BBC arrestat waqt li kien qed ikopri protesti tal-Covid f’Shanghai

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-pulizija Ċiniża allegatament sawtu ġurnalist tal-BBC f’Shanghai u arrestawh għal xi ħin waqt li kien qiegħed ikopri protesti kontra l-lockdown li hemm fil-pajjiż.

Ġie rrappurtat li Ed Lawrence inżamm waqt protesta prinċipali li kienet qiegħda ssir f’din il-belt il-Ħadd li għadda u kien arrestat għal diversi sigħat qabel inħeles. 

“Huwa inkwetanti ħafna li wieħed mill-ġurnalisti tagħna ġiet attakkat b’dan il-mod waqt li kien qed iwettaq dmiru,” qalet il-BBC. Sadanittant, il-Gvern Ċiniż qal li s-Sur Lawrence ma kienx ippreżenta l-kredenzjali tiegħu ta’ ġurnalist. 

Huwa kien qed jiffilmja l-folol f’dik li kienet l-akbar protesta tan-nazzjon f’Shanghai. Filmati mxerrda fuq il-midja soċjali wrew diversi uffiċjali tal-pulizija jaqbdu lill-ġurnalist u jpoġġuh mal-art. Il-BBC qalet li mbagħad huwa ġie msawwat u mogħti daqqiet ta’ sieq mill-uffiċjali tal-pulizija qabel ġie mmanettjat.

Il-BBC żiedet tiddeskrivi t-trattament ta’ wieħed mill-ġurnalisti tagħha bħala “preokkupanti ħafna.” Fi stqarrija li ħarġet, hija qalet li ma rċevietx spjegazzjoni uffiċjali jew apoloġija miċ-Ċina “apparti t-talba mill-uffiċjali li aktar kienu ħelsuh u li arrestawh għall-ġid tiegħu stess f’każ li jaqbdu l-Covid mill-folla.” “Aħna ma nqisux din bħal spjegazzjoni kredibbli,” qalet il-BBC.

Ekonomija

Sport