Sunday, December 22, 2024

“Ġurnata li titniżżel fl-istorja tal-lokalità tagħna”

Is-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech qal li l-ġurnata tal-bieraħ hija waħda li titniżżel fl-istorja tal-lokalità.

Dan hekk kif lbieraħ laqgħu lill-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof ta’ Malta, Mons Charles Scicluna, li kien preżenti għaċ-ċerimonja ta’ tqegħid ta’ disa’ stilel tad-deheb fuq it-Titular tal-Knisja Parrokjali, regalati mill-membri tal-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes.  

Dan wara li l-istess Titular ġie rrestawrat mill-Kunsill Lokali. Is-Sindku faħħar ukoll lill-President tal-Każin tal-Banda, Andre Genovese, għall-ħidma kontinwa tiegħu. 

“Mumenti bħal dawn juru s-saħħa li l-lokal ikollu meta jkun hemm l-għaqda. Grazzi kbira lill-Kappillan tagħna, Fr Emanuel Abela, li bil-ħidma tiegħu fil-lokal, illum għandna komunità magħquda u b’saħħitha. Flimkien inkomplu nagħmlu San Ġwann aħjar”, tenna Fenech.

Ekonomija

Sport