Saturday, May 4, 2024

“L-ebda diskriminazzjoni… ħaddiema minn pajjiżi terzi stmati l-istess daqs il-Maltin” 

Il-Ministru Michael Falzon

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon iddikjara li f’dak li jirrrigwardja benefiċċji kontributorji, ħaddiema minn pajjiżi terzi huma stmati l-istess daqs il-Maltin.

Fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru Falzon qal li mhux il-każ li ċittadini terzi li jaħdmu f’pajjiżna, ma jgawdux minn dawn il-benefiċċji. Qal li “jekk Malti għandu obbligi biex jieħu pensjoni li jkollu 520 bolla, jekk jiġi xi ħadd minn pajjiż terz u ma jħallasx 520 bolla, bħall-Malti ma jiħux benefiċċju.”

Il-Ministru Falzon saħaq li ma hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn Maltin u barranin u anke dawk minn pajjiżi terzi. Qal li ma jagħmilx sens li jiġi xi ħadd minn pajjiż terz, iħallas sitt snin bolli u jingħata l-pensjoni meta Malti biex jieħu l-pensjoni jrid iħallas 10 snin bolli. 

Huwa kompla jispjega li għandna numru ta’ ħaddiema minn pajjiżi terzi illi jieħdu pensjoni minn Malta. “Mhux minnu li hemm xi diskriminazzjoni kontra ħaddiema barranin. Kellna madwar 500 ħaddiem/a li ġejjin minn barra l-UE li jirċievu pensjoni Maltija preċiżament għax tħallsu 520 kontribuzzjoni.

“Kull min iħallas 520 bolla jingħata pensjoni minn pajjiżna bla ebda diskriminazzjoni ta’ xejn,” tenna l-Ministru Falzon.

Sport