Friday, May 3, 2024

Chelsea interessati fi Christopher Nkunku

Aqra wkoll

Chelsea jistgħu jfittxu li jieħdu l-inizjattiva fit-tellieqa biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ RB Leipzig, Christopher Nkunku.

Il-club Ġermaniż diġà stqarr li l-Franċiż mhux se jinbiegħ dan is-sajf, konsegwenza tal-istaġun mill-aqwa li kellu fejn irreġistra 31 goal u 14-il assist li waslu fil-Bundesliga u fl-Ewropa dan l-istaġun.

Madankollu, il-player ta’ 24 sena ssuġġerixxa li jilqa’ l-interess fil-firma tiegħu, konxju li clubs bħal Chelsea u Manchester United jitqiesu bħala ammiraturi tiegħu.

Sport