Wednesday, April 24, 2024

Il-Papa Franġisku b’nomina oħra importanti għall-Kardinal Malti

Aqra wkoll

Il-Kardinal Mario Grech ġie nominat minn Papa Franġisku bħala membru tal-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti.

Huwa kien Isqof ta’ Għawdex mill-2005 sal-2019, waqt li kien Pro-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet minn Ottubru 2019 sakemm sar Segretarju Ġenerali f’Settembru 2020.

Il-Papa Franġisku għollih għall-grad ta’ kardinal fit-28 ta’ Novembru 2020.

Fl-aħħar ġimgħat dehru rapporti fil-media li saħqu li jekk il-Papa Franġisku ikollu jirriżenja, mhux eskluż li huwa jkollu ċans tajjeb li jsir Papa.

Sport