Ġuvni ta’ 16 -il sena residenti Naxxar jinsab bi ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija fit-3:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Sgħajtar fil-Mosta.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-ġuvni ta’ 16-il sena ntlaqat minn karozza tat-tip Suzuki Swift li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 26 sena residenti n-Naxxar ukoll.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.