Monday, April 20, 2026

Ġuvni bi ġrieħi wara argument f’Għajn Tuffieħa 

Aqra wkoll

Il-Ħadd għall-ħabta tas-6:00 p.m, il-Pulizija kienu nfurmati b’argument fuq bajja f’Għajn Tuffieħa. Waqt l-argument ġuvni ta’ 21 sena residenti Raħal Ġdid ġarrab xi ġrieħi. 

Tim mediku kien imsejjaħ fuq il-post u ftit tal-ħin wara ttieħed permezz t’ambulanza lejn lisptar Mater Dei. Aktar tard, huwa kien ċċertifikat bi ġrieħi gravi. 

Ġuvni ta’ 18-il sena residenti l-Marsa qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jassisti flinvestigazzjonijiet li għadhom għaddejjin dwar il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport