Sunday, December 22, 2024

Ġuvni u sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi f’inċidenti separati f’Marsaskala u f’Santa Venera

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 15 -il sena residenti Marsaskala u sewwieq ta’ mutur ta’ 56 sena residenti l-Qrendi qedisofruminn ġrieħi ta’ natura gravi wara li lbieraħ kienu involuti f’inċidenti separarti f’Marsaskala u f’Santa Venera.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta 2:00 p.m, fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas,
Marsaskala. Il-vittma kien passiġġier ġo Toyota C-HR misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Gżira sofra xi ġrieħi wara li l-vettura kellha mpatt ma’ Isuzu
Elf misjuq minn raġel ta’ 41 sena residenti Marsaskala.

L-inċident l-ieħor seħħ għall-ħabta tal-4:00 p.m, fi Triq Reġjonali, Santa Venera fejn il-vittma, li kien qed isuq mutur tal-għamla Next Mojito ġarrab xi ġrieħi. Fl-istess inċident kienu nvoluti tlett vetturi oħra; Toyota misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti ż-Żurrieq, Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti ż-Żurrieq u Mitsubishi misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti l-Qrendi.

Iż-żewġ vittmmi ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u t-tnejn li huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Ekonomija

Sport