Wednesday, July 24, 2024

“Gvern Laburista mhux se jieħu tgħalimiet mill-Partit Nazzjonalista dwar il-Korp tal-Pulizija” – Il-PL

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Lavburista ntqal li b’diversi miżuri li ttieħdu fl-aħħar snin, Gvern Laburista ta d-dinjità lill-membri tal-Korp tal-Pulizija.

Il-Partit Laburista fakkar li kien dan il-gvern li ta lill-pulizija d-dritt li jissieħbu f’unjin. “Wara kollox kien Gvern Laburista li daħħal ftehim settorjali ġdid li bih il-pulizija bdew jitħallsu tas-sigħat kollha fuq l-40 siegħa u daħħal skema ta’ assikurazzjoni f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol”, tkompli l-istqarrija.

Il-Partit Laburista fakkar li dan il-Gvern qed isewwi l-inġustizzji tal-passat u qed iħallas l-overtime dovut lill-pulizija li sar fi żmien Gvern Nazzjonalista, meta Beppe Fenech Adami kien parti mill-Gvern u saħansitra assistent parlamentari fil-Ministeru għall-Intern. “Beppe Fenech Adami u Gvern Nazzjonalista dakinhar insistew li ma jħallsux mijiet ta’ eluf ta’ ewro f’overtime li l-pulizija kienu ħadmu”, tgħid ukoll l-istqarrija.

L-istqarrija maħruġa tgħid li Dan kollu juri biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli fuq is-suġġett u meta jitkellem b’opportuniżmu politiku jispiċċa jfakkar lill-poplu li kien dan il-Gvern li ta drittijiet ikbar lill-pulizija.

L-istqarrija temmet tgħid li dan il-gvern ma waqaft hemm hu kompla jagħti drittijiet ukoll lill-forzi tal-ordni kollha, inkluż bi ftehimiet riċenti mas-suldati u l-pumpiera u li bl-istess mod se jkompli jgħin b’iktar inizjattivi, li se jitħabbru fiż-żmien li ġej, lill-forzi dixxiplinati kollha.

Ekonomija

Sport