Sunday, November 24, 2024

Gzira United jegħlbu lil Zabbar St Patrick

Aqra wkoll

Gzira United ……2

Zabbar SP ……….1

Minn Cristian Muscat

Proprju fid-debutt jew aħjar fir-ritorn ta’ tal-coach, Giovanni Tedesco, fit-tmexxija ta’ Gzira United, il-Maroons għelbu lil Zabbar St Patrick bl-iskor ta’ 2-1.

Għalkemm il-partita, ftit li xejn offriet azzjonijiet denja ta’ nota, Gzira kienu dominanti għal ħafna ħin hekk kif ftit li xejn taw ċans liż-Żabbarin jesprimu l-pjani tagħhom.

Minkejja li lejn tmiem il-logħba s-Saints naqqsu l- marġni tal-iskor kien wisq tard għalihom biex isalvaw ir-riżultat bil-konsegwenza li baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika.

Rimarkabbli huwa l-fatt li għaż-Zabbarin iddebutta t-Taljan, Kristian Keqi, li kien qed jagħmel ir-ritorn tiegħu fil-kampjonat domestiku meta fil-passat lagħab ma’ Floriana li magħhom rebaħ il-kampjonat. 

Gzira ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta meta Alex da Paixao Alves kellu x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper ta’ Zabbar, Matthew Grech, u mbagħad l-istess Grech waqqa’ lil Faysal Hassany Chouab fil-kaxxa. Mill-11-il metru inkariga ruħu l-ispeċjalista GABRIEL BOHRER MENTZ li ma żbaljax.

Il-Maroons baqgħu jipproduċu l-isbaħ logħob u fl-40 minuta, Alex da Paixao Alves wara ħarba tajba, ra lil Matthew Grech isalva tajjeb.

Fil-61 minuta, Gzira rebħu t-tieni penalty  meta Jovancic waqqa’ lil Alex da Paixao Alves fil-kaxxa, b’GABRIEL BOHRER MENTZ jerġa’ jitfa’ l-ballun fix-xibka, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-76 minuta, xutt mill-ewwel minn tarf il-kaxxa tal-captain Zachary Scerri ġie salvat mingħajr wisq diffikultá minn Grech.

Fil-85 minuta, Zabbar naqqsu l-marġni tal-iskor meta wara li rċieva minn cross perfertt mil-lemin, DIOGO JOAO TAVARES, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.

Iżda kien tard wisq biex iż-Żabbarin setgħu jsalvaw il-partita.

Gzira u.: 16-Justin Haber, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Joseph Minala (6-Andrew Borg 62), 5-Enrico Pepe, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 11-Faysal Chouhab Hassany, 14-Luis Carlos Riascos, 20-Alex Da Paixao Alves, 93-Thiago Espindola   – Coach: Giovanni Tedesco

zabbar sp: 24-Matthew Grech, 5-Jake Micallef, 7-Maritim Augusto Ferreira (30-Kristijan Keqi 57), 8-Felix Wallace Bonilha (31-Joao De Sa Mendonca 67), 10-Brian Gambarte (16-Izaak Akpan 81), 11-Stefan Ilic, 19-Joao Tavares, 21-Strahinja Jovancic, 23-Leonardo Agius (2-Kayden Buhagiar 57), 28-Vinicius De Paiva, 55-Dorde Jovicic – Coach: Aniello Parisi

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Max-Lee Muscat

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORERS: G. Bohrer Mentz pen. 13, pen. 61 (GU), D. J. Ta­vares 85 (ZSP)

AMMONITI: J. Minala, A. Da Paixao Alves (GU), S. Jovancic (ZSP)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport