Saturday, December 14, 2024

Gzira United jirbħu bi skor kbir wara ħasda kmieni

Aqra wkoll

Gudja United ……1

Gzira United ……6

Wara ħasda kmieni, Gzira United dawru telfa f’rebħa ta’ 6-1 biex b’hekk kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun. Dan filwaqt li Gudja United għadhom mingħajr rebħa.

Filwaqt li din ir-rebħa tpoġġi lil Gzira f’żona kemm­xejn komda, tixħet ukoll lil Gudja fiż-żona tar-relegazzjoni b’żewġ punti biss.

Kienu l-Gudjani li fetħu l-iskor, fis-16-il minuta, meta  bi free-kick mill-isbaħ, GABRIEL MENSAH għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Darijan Zarkov.

Gzira wieġbu fl-24 minuta permezz ta’ konklużjoni ta’ Marcelo Dias mill-viċin li ġiet imdawra f’corner. 

Huma komplew jippressaw u fid-29 minuta Ewertton xeħet cross insidjuż fejn Lucas Macula ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tintemm ftit barra.

U fil-35 minuta, il-Maroons kisbu d-draw meta Andy Borg għadda pass fit-tul lejn Gabriel Bohrer Mentz li bir-ras niżżel il-ballun lejn LUCAS MACULA, li minn pożizzjoni ferm idea­li tefa’ ġewwa.

Minuta biss wara huma dawru l-iskor favur tagħhom meta Zachary Scerri għadda lejn ADAMA SANE li avvanza tajjeb u b’eleganza liema bħalha qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Gudjan, Yaren Somer.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Gzira komplew bl-istess ritmu u fis-47 minuta Marcelo Dias avvanza tajjeb fuq il-lemin qabel xeħet cross fil-baxx li sab lil ADAMA SANE li mill-viċin tefa’ l-ballun f’lasti vojta.

Huma komplew jiddomi­naw u fit-72 minuta rebħu penalty meta James Arthur waqqa’ lis-sostitut Brooklyn Borg fil-kaxxa. Mill-11-il metru, GABRIEL BOHRER MENTZ  tefa’ l-ballun naħa u lil Somer in-naħa opposta.

Fit-88 minuta, Gzira skor­jaw il-ħames goal meta Thaylor Aldama fetaħ tajjeb lejn BROOKLYN BORG li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

Fit-92 minuta, il-Gżirjani skorjaw is-sitt goal biex għaqqdu n-nofs tużżana …  meta THAYLOR ALDAMA rċieva l-ballun minn rebound u b’opportuniżmu liema bħalu tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Gudja u.: 1-Yaren Somer, 5-Armando Brenner, 13-James Arthur, 17-Gabriel Mensah, 18-Conor Borg (14-Luke Grech 69), 22-Ricardo Fernandes, 28-Matteo Casini (24-Walter Omar Serrano 38), 30-Karl Micallef, 39-Zak Grech (10-Shaisen Attard 46), 77-Abou Toure (7-Gianluca Lorenzoni 79), 88-Mirko Esposito (9-Marvin Perea 70)   – Coach: Jesmond Zammit

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlso Conceicao Filho, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Andrew Borg (15-Hytem Kabar 86), 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Macula (74-Jose Wilkson Teixeira 77), 19-Adama Sane (47-Brooklyn Borg 66), 20-Farid Romero Zuniga (93-Thiago Espindola 65), 23-Ewertton (6-Bilario Azizi 66)   – Coach: xxxx

REFEREE: Ezekiel Barbara

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORERS: G. Mensah 16 (Gd), L. Macula 35, A. Sane 36, 47, G. Bohrer Mentz pen. 73, B. Borg 88, T. Aldama 92 (Gz)

AMMONITI: A. Brenner, C. Borg, K. Micallef (Gd), G. Bohrer Mentz, Ewertton (Gz)

Ekonomija

Sport