Friday, October 11, 2024

Hamrun Spartans iwarrbu għal kollox l-isfida ta’ Sirens

Aqra wkoll

Sirens ………………..0

Hamrun Spartans …4

Hamrun Spartans komplew bis-sensiela ta’ riżultati pożittivi meta kisbu r-raba’ rebħa minn daqstant partiti billi għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 4-0.

Huma għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita hekk kif wara biss tliet minuti huma fetħu l-iskor  meta Ryan Camenzuli għadda lejn UROS DURNAOVIC li avvanza fil-kaxxa u tefa’ l-ballun fix-xibka.

Sirens wettqu reazzjoni  fil-11-il minuta meta Degran Jackson indirizza cross li sab lil Frank Boateng li iżda falla milli jolqot bir-ras, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.

Fit-28 minuta, l-Ispartans irdoppjaw meta Emerson Marcelina xeħet pass fit-tul lejn LUKE MONTEBELLO li b’xutt mill-ewwel tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Andrea Cassar.

Fit-33 minuta,  Sirens resqu viċin li jnaqqsu l-mar­ġni tal-iskor meta Agyemang għadda tajjeb lejn Jackson, li iżda kellu t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda.

Fis-47 minuta, Sirens qal­għu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players hekk kif tkeċċa Daniel Opoku wara daħla kerha fuq Seth Paintsil.

Tliet minuti wara Hamrun kienu sfortunati meta laqtu l-wieqfa meta Joseph Mbong xeħet cross lejn Roko Prsa li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu taħbat ma’ sieq il-wieqfa.

Fid-59 minuta, Hamrun skorjaw it-tielet goal meta Luke Montebello serva lil UROS DURANOVIC li spara l-ballun fix-xibka għal doppjetta personali.

Fit-87 minuta, Hamrun issiġillaw ir-rebħa meta s-sostitut JUAN CARLOS CORBALAN venven xutt mill-barra l-kaxxa bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka. 

Sirens: 1-Andrea Cassar, 3-Tiago Alemida Batim, 5-Prosper Owusu, 8-Nicholas Pulis (92-Cameron Dalli 85), 10-Frank Boateng (9-Jonathan Hinestroza 64), 11-Daniel Opoku, 17-Charles Agyemang (96-Daniel Agius 77), 18-Mohammed Akadom, 26-Sacha Borg, 29-Kwasi Donsu, 31-Degran Jackson (77-Jean Borg 85) – Coach: Steve D’Amato

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg (25-Ederson Bruno Domingos 78), 7-Luke Monetbello (28-Juan Carlos Corbalan 68), 10-Joseph Mbong (17-Yulian Nenov 68), 12-Roko Prsa (42-Nemanja Krstic 78), 14-Elionay da Silva Feitas, 23-Uros Duranovic (98-Jonny 68), 27-Ognjen Bjelicic, 30-Seth Paintsil, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli – Coach: Luciano Zauri

Referee: Andrea Sciriha

Ass. Referees: Duncan Spencer, Shaun Calleja

Raba’ Uffiċjal: Slawomir Olucha

Skorers: U. Duranovic 4, 59, L. Montebello 28, J. C. Corbalan 89 (HS)

Tkeċċa: D. Opoku 47 (S)

Ammoniti: T. Almeida Bettim, C. Agyemang (S), L. Montebello, O. Bjelicic, R. Camenzuli (HS)

Player tal-Logħba: Uros Duranovic (H)

Sport