Hibernians …….1
Gzira United ….2
Minn Cristian Muscat
Gzira United dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 fuq Hibernians biex għamlu pass kbir li ma jtemmux fl-aħħar żewġ postijiet.
Hibernians kellhom bidu tajjeb meta fit-13-il minuta fetħu l-iskor meta Khevin Rodrigo Fraga għadda tajjeb lejn JURGEN DEGABRIELE li avvanza u għeleb lill-goalkeeper, Giulio Mangano.
Fit-43 minuta l-captain Pawlist, Bjorn Kristensen, xeħet cross għan-nofs li sab lil Alex Bruno li ra x-xutt tiegħu jaħbat ma’ sieq il-lasta. Fit-48 minuta Hibernians kellhom ferħa bla temma meta goal ta’ Degabriele ġie mħassar għal offside.
Fit-52 minuta, Gzira wettqu reazzjoni u resqu viċin il-goal tad-draw meta minn corner mogħti minn Jackson Mendoza, Gabriel Bohrer Menz indirizza bir-ras għal ġewwa imma l-Grieg Ilias Martinis kien pront u kklerja l-ballun.
Fit-68 minuta, Gzira reġgħu resqu qrib meta Montell Shaquil xeħet cross mill-isbaħ li sab lil Lucas Ribeiro Macula li kkonkluda b’daqqa ta’ ras li ġiet salvata b’diffikultá minn Sacco.
Fis-76 minuta, il-Maroons kisbu l-goal tad-draw permezz ta’ LUIS CARLOS RIASCOS li approfitta minn clearance qasira tad-difiża ta’ Hibernians u spara xutt li spiċċa fis-saqaf tax-xibka.
U proprju fid-90 minuta, il-Gżirjani skorjaw il-goal li tahom it-tliet punti meta minn free-kick mogħti minn Kevin Tulimieri, Thaylor Aldama xeħet bir-ras lejn il-lasta u GABRIEL BOHRER MENTZ mill-qrib ikkonkluda fix-xibka.
Fil-ħin miżjud is-sostitut Brooklyn Borg seta’ żied goal ieħor għall-Maroons imma x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ideali ġie salvat minn Sacco.
Hibernians: 30-Hugo Sacco, 5-Kurt Shaw, 7-Lucas Villela Lapert, 8-Khevin Rodrigo Fraga, 10-Jurgen Degabriele (17-Isaiah Chukunyere 72), 11-Bjorn Kristensen (4-Alfred Silas 92), 14-Dexter Xuereb (20-Federico Falcone 92), 21-Alex Bruno De Souza Silva (19-Stanislav Sorokin 72), 22-Ilias Apostolos, 44-Pedro Henrique Nunes Silva, 99-Rui Bruno Ribeiro – Coach: Branko Nisevic
Gzira U.: 30-Giulio Mangano, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Enrico Pepe, 7-Thaylor Aladama, 9-Faysal Chouhab Hassany (47-Brookyln Borg 84), 11-Lucas Macula, 14-Luis Carlos Riascos, 17-Montell Shaquill (92-Kevin Tulimieri 69), 18-Diogo Barbosa (6-Andrew Borg 69), 22-Kurt Zammit, 98-Jackson Mendoza – Coach: Giovanni Tedesco
Referee: Daniel Casha
assistenti: Luke Portelli, Robert Curtis
Raba’ Uff.: Vladimir Rizoski
Skorers: J. Degabriele 13 (H), L. C. Riascos 76, G. Bohrer Mentz 90 (GU)
Ammoniti: B. Kristensen (H), L. Macula, L. C. Riascos, K. Zammit (GU)
Player tal-Logħba: Thaylor Aldama (G)