Gzira Utd jegħlbu lil Sta Lucia b’goal uniku ta’ Steve Pisani

0
525
Ritratt: Walter Sargent

Santa Lucia…………….0

Gzira U……………………1

Kellu jkun goal uniku ta’ Steve Pisani li ta tliet punti prezzjużi lil Gzira United waqt li kkastiga lil Santa Lucia għall-ħames telfa konsekuttiva.

Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu fid-29 minuta meta Steve Pisani kellu xtt bid-dawra li sab lill-goalkeeper ta’ Santa Lucia, Matthew Calleja Cremona, attent.

Huma komplew fuq l-offensiva u fis-37 minuta, Jefferson De Assis kellu xutt minn tarf il-kaxxa li għadda fit barra.

Dan sabiex fit-42 minuta minn cross-shot ta’ Steve Pisani dejjem għall-Maroons, ħadd mill-players sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun.

Iżda l-istess STEVE PISANI fetaħ l-iskor għat-team tiegħu, liema goal kellu jkun dak tar-rebħa fil- 45 minuta, eżatatment qabel tmiem l-ewwel taqsima, meta cross-shot tiegħu ntemm ġewwa mingħajr ħadd mill-players sħabu u lanqas minn dawk avversarji ma jiddevja l-ballun.

Gżira wieġbu fil-65 minuta meta Marcelo Dias għadda tajjeb lejn Zachary Scerri li iżda kelu x-xutt tiegħu mblukkat minn Nicholas Pulis.

Santa Lucia reġgħu ħolqu l-periklu fit-73 minuta meta s-sostitut Davidy Valpoort avvanza tajjeb iżda sab lill-goalkeeper Kroat ta’ Gzira, Darijan Zarkov, attent.

Santa Lucia 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Yoel Soares Fonesca, 6-Nicholas Pulis, 8-Robert Bairam, 10-Liam Bah (11-Jan Tanti 68), 13-Diego Francarolli, 14-Dexter Xuereb-5 (24-Erick Serna 80), 17-Jurgen Pisani, 20-Francisco Farias, 21-Jamie Carbone (58 D. Valpoort 58), 27-Miguel Angel Alba-4 (22-Jamie Zerafa 80) Coach: Enzo Potenza

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani (47-Brooklyn Borg 80), 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 16-Carlos Luis Riascos, 22-Toni Kolega (23-Ricardo Correa 79), 44-Marko Cosic, 91-Maxuell Maia (5-Luke Tabone 88), 94-Jefferson De Assis (17-Clive Gauci 66) Coach: Darren Abdilla

Referee Alex Johnson

Ass. Referees: Luke Portelli, Mitchell Scerri

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: S. Pisani 45 (G)

Ammoniti: N. Pulis, Bairam (SL)

BOV Player tal-Logħba: Marcelo Dias (Gzira U.)