Tuesday, May 14, 2024

Ir-referee Pollakk Szymon Marciniak se jikkontrolla l-finali tat-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Ir-referee Pollakk Szymon Marciniak se jikkontrolla l-finali tat-Tazza tad-Dinja 2022 bejn Franza u l-Arġentina, nhar  il-Ħadd li ġej.

Marciniak, li se jkun assistit minn Paweł Sokolnicki u Tomasz Listkiewicz, se jagħmel l-istorja billi se jkun l-ewwel referee Pollakk li se jirreffja finali ta’ din il-kompetizzjoni.

Il-ħatra ta’ Marciniak hija daqqa ta’ ħarta għal Anthony Taylor – li għadu l-Qatar – u Michael Oliver – li ntbagħat id-dar mill-FIFA, li huma meqjus fost l-aqwa referees fil-preżent fid-dinja.

Mercknock diġá rreffja liż-żewġ timijiet … fir-rebħiet identiċi ta’ 2-1 … Franza fuq id-Danimarka u l-Arġentina fuq l-Awstralja.  

Sport