Friday, December 13, 2024

“Ħabib sinċier li fost pariri siewja ħadem anke b’mod dirett biex itejjeb is-soċjetà”

Aqra wkoll

Aktar kmieni dagħlodu folla kbira ta’ nies inġabret fil-Knisja ta’ San Duminku fil-Belt Valletta sabiex tagħti l-aħħar tislima lil Wally Farrugia.

Fid-diskors tiegħu waqt l-omelija Fr Martin Micallef iddeskriva lil Wally bħala raġel li għex ħajja taż-żwieġ b’impenn u dedikazzjoni għall-familja tiegħu. Huwa kompla biex jaqsam l-esperjenza tiegħu ma’ mal-familja Farrugia fi żminijiet diffiċli meta proprju ftit tax-xhur ilu sar jaf bil-marda li kellu u baqa’ jagħtihom is-sapport tiegħu.

Il-qassis kompla biex jitkellem dwar in-numru ta’ messaġġi pożittivi li sellmu l-memorja tiegħu fl-aħħar sigħat u qal li dawn jixhdu li dawk li kellhom x-xorti jsiru jafuh, ċertament li ħalla impatt tajjeb f’ħajjithom. Barra minn hekk huwa kien magħruf sew għall-pariri ġenwini li kien jagħti ta’ ħabib sinċier li kien.

Ma naqasx milli jsemmi kif sal-aħħar żmien ta’ ħajtu, baqa’ impenjat li jtejjeb is-soċjetà, anke b’involviment dirett fil-ħajja politika.

Kienu bosta dawk li fl-aħħar sigħat sellmu l-memorja ta’ Wally Farrugia. Wally kien magħruf fil-lokalità tiegħu għall-imħabba li kellu lejn il-Partit Laburista tant li għal ħafna snin kien wieħed mill-attivisti ewlenin f’San Ġwann.

Fost dawn kien hemm id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kif ukoll il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon, li qisuh bħala ħabib sinċier li dejjem ra kif għamel biex jgħin lil ħaddieħor.

Ekonomija

Sport