Saturday, May 4, 2024

Juventus jagħmlu offerta uffiċjali ta’ kuntratt ta’ tliet snin biex jiffirmaw lil Paul Pogba

Aqra wkoll

Juventus għamlu offerta uffiċjali ta’ kuntratt ta’ tliet snin biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Manchester United, Paul Pogba, dan is-sajf.

Il-player ta’ 29 sena mistenni jħalli Old Trafford meta jiskadielu l-kuntratt ix-xahar id-dieħel, u Juventus huma maħsub li qed imexxu t-tellieqa għall-firma tiegħu.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Juventus, Maurizio Arrivabene, dan l-aħħar żvela li kienu laħqu ftehim verbali mar-Red Devils fir-rigward ta’ offerta proposta għall-player internazzjonali Franċiż.

Sport