Friday, November 15, 2024

Ħabs għal disa’ missirijiet li ma ħalsux il-manteniment

Twiddib, ċanfir, sentenzi ta’ ħabs, libertà proviżorja u kondizzjonata għal kwistjonijiet bejn ġenituri sseparati…

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Iż-żwiġijiet qegħdin aktar ma jmorru, aktar jinkisru u meta jkun hemm it-tfal qegħdin naraw sitwazzjonijiet ikkomplikati bi problemi minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment, aċċess u ġlied.

Fil-fatt is-sena l-oħra, il-Qorti tat sentenza ta’ ħabs lil disa’ missirijiet, kif ukoll sentenzi oħra ta’ libertà proviżorja jew kondizzjonata fil-konfront ta’ ġenituri li ma obdewx ornijiet mogħtija mill-istess istituzzjoni legali.

Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru tal-Ġustizzja, Jonathan Attard fejn spjega li dawn id-disa’ missirijiet instabu ħatja dwar nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment mentri 25 oħra ngħataw il-libertà kondizzjonata minħabba l-istess nuqqas.

Mill-informazzjoni li ta l-Ministru Attard irriżulta wkoll li fl-2022 kien hemm tliet ommijiet li ngħataw il-libertà kondizzjonata fuq rifjut ta’ aċċess. Barra minnhekk, 32 omm u 259 missirijiet weħlu sentenza ta’ twiddiba u ċanfira mill-Qorti.

Huwa kien qiegħed jirrispondi għal interpellanza magħmula mid-deputata tal-PN, Graziella Attard Previ.

Ekonomija

Sport