Wednesday, April 24, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza fis-Swieqi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 35 sena, ilbieraħ fil-11.00pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax sofra xi ġrieħi f’inċident fi Triq is-Sidra, is-Swieqi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Hyundai Matrix, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena residenti San Ġwann.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport