Illum, għall-ħabta tas-1:45 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BYD Seal U DMI misjuq minn Pakistan ta’ 29 sena residenti Ħal Qormi, u mutur Kymco Skytown 125 misjuq minn Kolombjan ta’ 27 sena li jgħix San Ġwann.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

