Fil-Parlament dalgħodu ħareġ li f’Malta m’hawn ebda persuna li qed tattendi għal programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tas-sess.
Kienet id-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ li staqsiet kemm hawn persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tas-sess. Hi staqsiet kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel.
Il-Ministru Michael Falzon wieġeb li “ngħarraf li fil-preżent m’hemm ebda klijent jew klijenta li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba vizzju tas-sess.”