Wednesday, April 24, 2024

Tlieta jindarbu wara argument fil-Marsa

Aqra wkoll

Il-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun u tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri qegħdin jinvestigaw allegat argument li seħħ dalgħodu fil-Marsa. 

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:30 a.m meta l-Pulizija ġew infurmati li f’żewġ postijiet differenti qrib il-‘Park and Ride’ tal-Marsa, kien hemm żewġt irġiel mixħuta mal-art b’diversi ġrieħi.
Ftit ħin wara daħal fl-Għassa tal-Ħamrun raġel ieħor mimli dmija u ntilef minn sensih. 

Waqt li t-tlett irġiel ittieħdu għal kura l-Isptar Mater Dei, bdiet l-investigazzjoni mill-Pulizija sabiex jiġi stabbilit jekk it-tliet persuni kinux involuti fl-istess każ. Fil-fatt, minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien seħħ argument bejn it-tliet persuni f’post fi Triq is-Serkin, il-Marsa u allegatament intużat ħadida. 

It-tlett irġiel ġew identifikati bħala Sirjan ta’ 34 sena, Libjan ta’ 31 sena u Somalu ta’ 30 sena. Aktar tard, is-Sirjan ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji, filwaqt li ż-żewġt irġiel l-oħra sofrew ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport