Wednesday, December 25, 2024

Ħadd ma jindarab wara li karozza nħakmet minn nirien fil-Mosta

Aqra wkoll

Aktar kmieni dagħlodu Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu mitluba jintervjenu biex jikkontrollaw nirien fil-Mosta.

Il-Każ seħħ għall-ħabta tas-7:15 a.m fi Vjal l-Indipendenza meta għal xi raġuni, karozza tal-għamla Fiat Punto li kienet ipparkjata fl-imsemmija triq inħakmet minn nirien.

Minkejja li l-karozza sofriet ħsarat estensivi, fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport