Wednesday, April 24, 2024

Ħadd ma ndarab f’nirien f’garaxx f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Fortunatament ħadd ma ndarab f’nirien li żviluppaw aktar kmieni f’garaxx f’Ħal Luqa.

Minkejja dan kawża tan-nirien qawwija li laħqu tkebbsu, il-pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha minħabba ħsarat strutturali li setgħu ġew ikkawżati bl-istess nirien anke minħabba l-fatt li l-garaxx jinsab f’żona residenzjali.

11:00 a.m: Nirien f’garaxx f’Ħal Luqa … diversi uffiċjali fuq il-post

Diversi pumpiera, mediċi u uffiċjali tal-Pulizija jinsabu fi triq id-Daqquqa Kaħla f’Ħal Farruġ fil-limiti ta’ Ħal Luqa wara nirien li żviluppaw f’residenza.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li għall-ħabta tal-10:20 p.m rċevew telefonata dwar nirien li kienu tkebbsu minn garaxx ta’ residenza fl-imsemmija triq.

S’issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm persuni li ndarbu f’dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija jinsabu għaddejjin.

Sport