Fortunatament ħadd ma’ weġġa’ hekk kif għall-ħabta tal-5:45 p.m, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew infurmati li kien hemm karozza ħadet in-nar f’garaxx privat fl-Imsida.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li fuq il-post marru wkoll l-Pulizija sabiex jagħtu l-assistenza meħtieġa.
Sa issa għadu mhux magħruf x’wassal biex il-karozza ħadet in-nar.
Aktar dettalji mal-ħin.