Saturday, December 28, 2024

Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular f’sit tal-kostruzzjoni

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 residenti Birkirkara qed isofri minn ġrieħi serji wara li aktar kmieni dalgħodu, għal ħabta tas-7:30a.m kien involut f’inċident fi Triq San Ġużepp fil-Ħamrun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li waqa’ mit-tielet sular għat-tieni sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.

Il-ħaddiem ingħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni dalgħodu: Raġel l-Isptar wara li waqa’ minn sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun

Raġel ta’ 31 sena residenti Birkirkara ttieħed l-Isptar wara li aktar kmieni dalgħodu, għal ħabta tas-7:30a.m kien involut f’inċident fi Triq San Ġużepp fil-Ħamrun.

Kelliem għall-Pulizija ikkonferma ma’ Talk.mt li minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni f’residenza fil-Ħamrun u waqa’ madwar żewġ sulari.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel, sakemm imbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex jingħata iktar kura.

Aktar informazzjoni malli taslilna.

Ekonomija

Sport