Wednesday, July 24, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:15 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, f’San Ġiljan

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel intlaqat minn vettura tat-tip Citroen Dispatch, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Marsa.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Raġel l-Isptar wara li ttajjar minn vettura f’ San Ġiljan

Raġel ittieħed l-Isptar wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-11:10 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borġ Olivier f’San Ġiljan

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ittajjar minn vettura tat-tip Nissan li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 43 residenti l-Marsa

Huwa ttieħed l-Isptar Matar Dei permezz ta’ ambulanza. Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa

Ekonomija

Sport