Sunday, May 5, 2024

Kanċellati titjiriet tal-Air Malta lejn Munich

Aqra wkoll

L-Air Malta ħassret it-titjiret skedati għl-lum lejn Munich il-Ġrmanja minħabba strajk ordnat mill-Union Verdi li affettwa s-Servizzi tal-Ajruport ta’ Munich. 

It-titjiriet li ġew kanċellati huma KM306-KM307 u KM308-KM309 Malta/Munich/Malta għal-lum l-Erbgħa 7 ta’ Frar 2024.

Il-klijenti li kienu bbukkjati fuq dawn it-titjiriet se jkunu jistgħu jew jibbukkjaw mill-ġdid biex jivvjaġġaw fuq titjira alternattiva jew iċemplu fuq 00356 21662211 jew b’email [email protected] biex jingħataw rifużjoni sħiħa tal-biljett.

Għal kwalunkwe titjiriet ibbukkjati permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar, il-klijenti għandhom jikkuntattjaw lill-aġent tal-ivvjaġġar tagħhom.

Sport