Wednesday, April 24, 2024

Iċ-ċentru tas-saħħa Ċensu Moran se jservi ta’ ċentru għal kura sekondarja

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Dan huwa proġett li se jservi ta’ bażi għal kura primarja, imma aħna nixtiequ li nkomplu mal-idea li dan iservi bħala ċentru għal kura sekondarja. Dan ifisser li fih ikun hemm kliniċi speċjalizzati, bħal kliniċi tal-kardjoloġija u tal-oftalmija u li fih jibdew isiru operazzjonijiet minuri”.

Iddikjara dan il-Ministru tas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Joe Etienne Abela f’intervista ma’ dan is-sit meta rrefera għall-istadju li wasal fih dan iċ-ċentru. Il-Ministru Abela qal li tul dawn l-aħħar ftit ġimgħat, kemm ilu li laħaq Ministru tas-Saħħa, sema’ ħafna affarijiet tajbin dwar x’se jkun qiegħed joffri dan iċ-ċentu. 

Dwar l-Isptar Mater Dei, il-Ministru Abela fisser il-ħidma kbira li qed issir biex interventi li jsiru l-outpatient u operazzjonijiet żgħar jiġu offruti ximkien ieħor. Dan sabiex l-isptar ċentali jkun jista joffri servizz akut lil min ikollu problemi iktar kumplessi minn ħaddieħor. 

Iċ-ċentru tas-saħħa Ċensu Moran se jkun wieħed fokali u ċentrali għal viżjoni tal-Gvern sabiex jintlaħaq dan il-għan speċjalment għal dawk il-persuni li jgħixu fin-nofstanhar ta’ Malta. 

Sport