Ħaddiem sofra ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-12:15 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’residenza fit-Trejqa tal-Fleur de lys f’Santa Venera.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Pakistani ta’ 41 sena residenti San Pawl il-Baħar kien waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari waqt li kien qiegħed isir xogħol ta’ rinnovar fl-istess residenza.
Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew minnufih lill-ħaddiem sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar permezz ta’ ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.