Sunday, December 29, 2024

Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum fi stabbiliment fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Ħaddiem weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tad-9:00 a.m kien involut f’inċident fi stabbiliment li jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp il-Ħamrun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 49 sena residenti ż-Żurrieq kien sofra xi ġrieħi wara li waqa’ madwar sular minn fuq sellum. 

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li taw l-ewwel għajnuna sakemm il-ħaddiem seta’ jittieħed lejn l-Isptar għal aktar osservazzjoni medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport