Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-8:00 a.m., weġġa’ fuq il-lant tax-xogħol f’Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 60 sena residenti Birżebbuġa, sofra xi ġrieħi meta waqa’ waqt li kien tiela’ t-taraġ sabiex jagħmel xi xogħol fuq bastiment.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.