Saturday, December 21, 2024

Ħaddiema tat-tindif inaddfu wara li “individwi irresponsabbli” rmew ingwanti u wipes fl-art

Aqra wkoll

Is-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ jgħid li dawn il-ħaddiema ħaqqhom kull rispett talli qegħdin jieħdu ħsieb saħħitna

Ilbieraħ, numru ta’ nies li marru ħdejn l-ATM tal-BOV ta’ Ħaż-Żebbuġ osservaw kwantità kbira ta’ ingwanti u wipes fl-art biswit din l-ATM. Is-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ u Tabib Malcolm Paul Galea qal li huwa tal-mistħija li f’mumenti bħal dawn tara xeni bħal dawn fejn “individwi rresponsabbli u maħmuġin” irmew ingwanti u wipes fl-art.

Huwa żied jgħid li xeni bħal dawn jirrabjawh ħafna, “kemm għal nuqqas ta’ rispett lejn ħaddiehor u lejn min inaddaf u anke għax wara li l-awtoritajiet u aħna għajjejna nirrepetu biex tinżamm l-indafa, hawn min xorta għadu ma fehemx jew ma jridx jifhem.”

Huwa rringrazzja lill-ħaddiema tat-tindif tax-xogħol li qed jagħmlu b’tant dedikazzjoni biex iżommu lil Malta nadifa.

Il-ħaddiema tat-tindif reġgħu ħaslu l-pjazza u partijiet miż-żona ta’ Ħal Mula. Is-Sindku sostna li dawn il-ħaddiema ħaqqhom kull rispett talli qegħdin jieħdu ħsieb saħħitna.

Ekonomija

Sport