Friday, November 22, 2024

“Ħadna deċiżjoni li naċċelleraw b’mod sostanzjali l-programm ta’ tilqim bil-booster”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fearne qal li sal-bieraħ kienu ngħataw aktar minn 102,000 doża tal-booster, bil-pjan oriġinali kien li sal-aħħar ta’ Novembru, minbarra l-ħaddiema tas-saħħa u għalliema, jitlaqqmu dawk li għandhom aktar minn 70 sena sabiex f’Diċembru tibda tingħata t-tilqima lil dawk ‘il fuq minn 60 sena u mit-tieni ġimgħa ta’ Jannar jibda l-programm tal-għoti ta’ booster lil dawk li għandhom inqas minn 60 sena.

“Fil-verita tant qegħdin naraw li l-booster joffri vantaġġ, li ħadna deċiżjoni li naċċelleraw b’mod sostanzjali l-programm ta’ tilqim bil-booster.”

“Sal-lum dawk kollha li jgħixu fil-gzejjer li għandhom 70 sena u fuqhom ingħataw l-opportunità li jieħdu t-tilqima. Jekk hemm min għadu ma ħax it-tilqima, inħeġġihom iċemplu 145 biex fil-jiem li ġejjin intuhom il-booster lilhom ukoll.

“Hemm numru ta’ persuni li qalulna li huma ma jistgħux joħorġu mid-dar biex jieħdu t-tilqima minħabba raġunijeit mediċi. QEd immorru fid-djar tagħhom. Sa issa dorna madwar 4,500 dar,” qal Fearne.

Sport