Paris St Germain għamluha uffiċjali li l-plejer tagħhom Achraf Hakimi iffirma kuntratt li se jorbtu f’Parc des Princes għall-ħames snin li ġejjin.
Hakimi għandu 26 sena u kien ingħaqad maċ-champions Franċiżi fis-sena 2021 mingħand Inter. S’issa hu lagħab 101 partita u skorja 15-il gowl. Hu ta’ nazzjonalita’ Marokkina fejn hu membru regolari fit-tim nazzjonali ta’ pajjiżu tant li skorja 10 gowls fi 82 preżenza.